Futbol Sport

Coppa Italia: Sorpriża oħra minn Cremonese

(Ritratt: EPA)

It-tim ta’ qiegħ il-klassifika Cremonese, wettaq sorpriża oħra meta fil-kwarti finali tal-Coppa Italia elimina lil Roma b’rebħa ta’ 2-0 fl-Olimpico ta’ Ruma.
B’hekk dan it-tim li għadu jfittex l-ewwel rebħa fis-serie A f’dan l-istaġun u jinsab fl-aħħar post tal-klassifika, irnexxielhu jagħmilha sas-semi finali tal-Coppa Italia fejn issa jilagħbu kontra Fiorentina.

Ta’ min wiħed ifakkar li fir-rawnd ta’ qabel Cremonese eliminaw lil-leaders tas-Serie A Napoli wara l-għoti tal-penalties.
Cremonese fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima wara 28 minuta meta ngħataw penalty li minnu Dessers ma żbaljax.
Fit-tieni taqsima kien hemm ir-reazzjoni ta’ Roma iżda wara erba’ minuti mill-ftuħ Roma sofrew daqqa ta’ ħarta meta Cremonese skorjaw it-tieni gowl minn awtogowl ta’ Celik.
Roma xeħtu kollox fl-attakk iżda kien biss fil-ħin miżjud li naqqsu l-iskor permezz ta’ Belotti.

Fil-logħba l-oħra Fiorentina għelbu lil Torino 2-1 biex għaddew mal-aħħar erbgħa.
Il-gowls waslu kollha fit-tieni taqsima fejn kien Jovic li fetaħ l-iskor fl-64 minuta u Ikone skorja t-tieni goal fid-89 minuta.
Karamoh skorja għal Torino fit-92 minuta iżda kien tard wisq għall-Granata.

Riżultati:
Fiorentina 2-1 Torino
Roma 1-2 Cremonese

Il-Ħamis:
21:00 Juventus v Lazio