Sport Sport Ieħor

Darts: Duke’s A u Fgura Kenky b’rebħiet diffiċli

Duke’s A u Fgura Kenky ma sabuhiex daqshekk faċli sabiex jegħlbu lil Fgura Maypole u Floriana Ajax Clean rispettivament bl-iskor ta’ 3-2.

Rebħiet identiċi għat-timijiet Ħamruniżi fit-tielet ġurnata tal-kampjonat 5-a-side organizzat mill-Malta Darts Association.

Fil-konfront kollu Ħamruniż, Ħamrun Education għelbu lil Ħamrun Bayern B 5-0 filwaqt li tim A ta’ Ħamrun Bayern ħareġ rebbieħ 5-0 ukoll kontra Sliema Inter Darts Club.

F’aktar logħbiet, Beland, PO’s Bar u Birżebbuġa Lions irreġistraw l-istess skor ta’ 4-1 kontra Leah’s Bar, Żebbuġ Rangers u Floriana Ajax MCP rispettivament.