Futbol Sport

EURO 2025 taħt il-21 sena: Malta terġa’ taffaċja lil Spanja fi Grupp B

F’Nyon, Franza, il-Ħamis filgħodu telgħu il-poloz għall-kwalifikazzjoni tal-EURO 2025 ta’ taħt il-21 sena.

It-tim nazzjonali Malti tela’ fi Grupp B flimkien ma’ Spanja, l-Belġju, l-Iskozja, l-Ungerija u l-Każakistan.

52 tim kienu mqassma f’disa gruppi biex minnhom iridu15 jgħaddu għall-finali flimkien man-nazzjon ospitant l-Islovakkja.

Din se tkun it-tieni esperjenza taħt il-kowċ Gilbert Agius, fejn fl-ewwel waħda t-tim Malti rnexxielu jikseb 6 punti b’żewġ rebħiet fuq l-Irlanda ta’ Fuq.

Din hija t-tieni darba konsekuttiva li t-tim Malti se jkun qed jaffaċja l-qawwa ta’ Spanja.