Lokali

“Il-familja ta’ Jean Paul għandha d-dritt tkun taf il-verità” – Bernard Grech

Fuq il-mezzi soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech innota kif Robert Abela ma jridx jagħmel Inkjesta Pubblika dwar il-mewta traġika taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.

Dan wara li lbieraħ, meta wieġeb għal Mistoqsija Parlamentari li għamillu d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia, Robert Abela qal li mhux se jkun hemm Inkjesta Pubblika dwar dan il-każ.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa xi jrid jaħbi Robert Abela u lil min irid jiddefendi. Dan hekk kif il-familja ta’ Jean Paul Sofia għandha d-dritt tkun taf il-verità.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista esprima d-diżappunt tiegħu li, bħala pajjiż, fallejna lil Jean Paul u lill-familja tiegħu.

Għaldaqstant, Inkjesta Pubblika Indipendenti hi l-anqas ħaġa li nistgħu nagħmlu bħala pajjiż jekk tassew irridu nibdew insewwu t-tiċrit fis-soċjetà