Lokali

Il-PBS iċċensura aħbar dwar l-Indiċi tal-Korruzzjoni

Il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment fil-konfront tax-xandir nazzjonali hekk kif waqt l-aħbarijiet tal-PBS l-Erbgha filghaxija ma kinitx rappurtata l-aħbar dwar il-pożizzjoni ta’ Malta fl-Indiċi tal-Korruzzjoni… liema pożizzjoni marret għall-agħar, u pajjiżna spiċċa niżel fl-54 post mill-51 post li kellu fl-2021; li huwa l-agħar post sa issa.

Il-Kelliem għax-Xandir Nazzjonali Graham Bencini, f’ittra li kiteb liċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir qal li huwa ta’ għajb li l-istazzjoni nazzjonali ma għamel ebda referenza għal dan ir-rapport li huwa ta’ importanza nazzjonali u ta’ interess pubbliku.

Kien biss wara li tressaq dan l-ilment li x-Xandir Nazzjonali ddeċieda li jippubblika dan ir-rapport fuq il-portal tiegħu.

Però ….li ma qalx ix-xandir nazzjonali hu li din is-sena Malta tilfet ħames postijiet oħra fuq is-sena ta’ qabel. Dan ifisser li pajjiżna qed jibqa’ jinżel ‘l isfel f’dan l-Indiċi tal-korruzzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qed jittama li din l-aħbar tkun imxandra wkoll waqt il-bulettin tal-aħbarijiet ta’ TVM filwaqt li fil-futur ir-rapporti fuq l-istazzjon nazzjonali ghandhom ikunu imparzjali u preċiżi. 

Dan il-każ ma kienx l-ewwel wieħed illi fih il-PBS iċċensura kontenut importanti, hekk kif fl-aħħar jiem …anke l-kliem tal-President tar-Repubblika kien iċċensurat – sempliċiment għax tkellem dwar l-abort fil-Jum li fih id-Dinja fakkret l-Olokawst.