Lokali Saħħa

Il-PN ressaq għad ta’ proposti sabiex il-pazjenti tal-kanċer ikolhom servizz ta’ saħħa aħjar

Ritratt: Martin Agius

Il-Partit Nazzjonalista matul is-snin dejjem ta importanza lill-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer u dejjem ra kif ikun hemm l-aħjar kura għal dawn il-pazjenti.

F’intervent waqt il-programm Net Live, id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li għandu jkun hemm infrastruttura tajba fejn dawn il-persuni jiġu kkurtati u kien gġħlhekk li l-Partit Nazzjonalsita fil-Gvern kien waqqaf l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Sptar li joffri ambjent san fejn tista’ tingħta l-aħjar kura lil dawn il-pazjenti,

Fejn tidħol il-kurta relatata mal-kanċer, Stephen Spiteri qal li fil-każ tal-kimoterapija, il-Gvern għadu qed ikaxkar saqajh fejn dawn il-pazjenti jridu jmorru litteralment jittalbu għat-tratttament. Il-PN qiegħed kontinwament jipproponi biex il-Gvern jirranġa din is-sistema bex it-trattamnet tal-kimoterapija jkun taħt is-sitema tas-saħħa.

Apparti hekk għandu jkun hemm iktar servizzi viċin in-nies fejn flok il-pazjent imur l-Isptar għat-trattmanet, dan it-trattament ikun jista’ jingħata mid-dar stess.

Stephen Spiteri qal li l-proposti tal-PN qed jgħinu biex il-ħajja ta’ dawn il-pazjent tkun ħafna aħjar filwaqt li tingħatalhom iktar dinjità.

Il-PN ressaq ikoll proposti b’saħħthom fejn jodħol l-iscreening li wkoll kienu bdew taħt amministrazzjoni Nazzjonalista.

Nhar il-Ġimgħa huwa l-Jum Dinji relatat mal-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer.