Lokali

Jittieħed l-isptar wara inċident bejn vann u karozza tal-Pulizija

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Fgura kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara ħabta li seħħet bejn vann u karozza tal-Pulizija.

L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qalilna li l-ħabta eżatt kienet kif toħroġ mill-mina direzzjoni lejn Tas-Sliema u li mal-impatt il-vann inqeleb.

Il-vann kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 27 sena residenti l-Fgura u l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena.

Tim mediku mar fuq il-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Minn naħa l-oħra r-raġel mar għall-aktar kura f’ċentru tas-saħħa.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.