Internazzjonali

L-Awstralja: Rabja u protesti waqt il-funeral tal-Kardinal George Pell

Il-funeral tal-Kardinal kontroversjali Awstraljan George Pell sar illum f’Sydney u fejn spikkaw dimostrazzjonijiet ta’ rabja fost il-gruppi tan-nies anki waqt li oħrajn kienu qed joffru t-talb b’sufraġju għal ruħu.

Il-Kardinal miet ix-xahar li għadda, fl-età ta’ 81 sena — u b’kaġun ta’  kumplikazzjonijiet li nqalgħulu waqt il-kirurġija.

Iżda waqt li George Pell kien l-aktar Awstraljan li qatt okkupa kariga għolja fil-Ġerarkija tal-Knisja, ħafna nies baqgħu sal-aħħar jikkundannawh dwar allegazzjonijiet mhumiex ippruvati li hu kien ħeba u anki wettaq l-abbuż sesswali ta’ minorenni.

Fil-fatt, il-pulizija kellhom jintervjenu waqt il-funeral tal-Kardinal fil-Katidral ta’ St Mary’s u fejn huma separaw lid-dimostranti rrabjati min-nies fuq barra li kienu qed jagħtu l-aħħar tislima lil George Pell. Mifhum li saru wkoll xi arresti fl-istess zona.

George Pell anki serva għal għaxar snin bħala Arċisqof ta’ Sydney, madankollu la l-Prim Minsitru Awstraljan Anthony Albanese u lanqas il-Prim Ministru ta’ New South Wales Premier Dominic Perrottet ma attendew għall-funeral f’Sydney.