Lokali

L-awtopsja tikkonkludi li Michael Meilak miet b’mod aċċidentali

Il-Pulizija fl-aħħar sigħat ikkonfermaw illi l-awtopsja li saret fuq il-katavru tar-raġel li nstab mejjet f’Għawdex, ikkonkludiet li l-mewta kienet waħda aċċidentali…u li r-raġel miet minħabba li waqa’.

Michael Meilak, mir-Rabat Għawdex, instab mejjet bi ġrieħi f’rasu f’żona privata li tinsab fi Triq il-Knisja, fl-Għasri.

L-awtopsja ikkonkludiet ukoll li l-ġrieħi li kellu f’rasu ma kienux kompatibbli ma’ swat.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.