Lokali Sport Sport Ieħor

Pickleball: It-tim Malti għal Spanja biex jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej

Kontinġent tal-Malta Pickleball Association bejn l-24 u s-26 ta’ Frar se jikkompeti fil-Kampjonati tal-Ewropa li se jsiru f’Rota’ fi Spanja.

It-tim Malti huwa magħmul minn disa’ plejers, bi Steffi Pace, Maja Glumac u Maurizio Cappello kienu jgħamlu parti mis-selezzjoni Malti fis-snin li għaddew. Fil-kategorija ‘l fuq minn 19-il sena, it-tim tan-nisa huwa magħmul minn Steffi Pace, Roberta Girard u Maja Glumac filwaqt li dak tal-irġiel magħmul minn Mark Anastasi, Maurizio Cappello, Joseph Borg u Malcolm Falzon.

Tania Cluett, Nathalie Bonello se jgħamlu parti mit-tim tan-nisa ‘l fuq minn 50 sena livell 3.5. Maja Glmuac se tkun fis-singles livell 3.5 filwaqt li Steffi Pace u Roberta Girard fil-livell 4.0.

Fil-livell 3.5 singles tal-irġiel Malcolm Falzon filwaqt li fid-doubles Mark Anastasi u Maurizio Cappello kif ukoll Joseph Borg u Malcolm Falzon.

Fil-kategorija mixed doubles livell 4.0 se jikkompetu Steffi Pace u Mark Anastasi filwaqt li fil-livell 3.5 il-koppji Roberta Girard u Maurizio Cappello flimkien ma’ Maja Glumac u Malcolm Falzon kif ukoll Nathalie Bonello u Joseph Borg.

Il-kontinġent tal-Malta Pickleball Association se jkun immexxi minn Steffi Pace li ntroduciet l-isport f’Malta fl-2018.