Sport Sport Ieħor

Sparar bil-Qaws: Organizzata l-kompetizzjoni nazzjonali indoor

Fit 28 u 29 ta’ Jannar, l-Assoċjazzjoni tal-isparar bil-Qaws organiżżat il-kompetizzjoni Nazzjonali fir-range Indoor f’Pembroke. Kien hemm erbatax-il kompetizzjoni fl-istaġun fejn tiraturi lokali kkompetew biex jikkwalifikaw għat-tim Nazzjonali.

Fil-Kategorija Recurve men, Kevin Bonnici spiċċa fl-ewwel post b’1083 punt minn massimu ta’ 1200, li hu total akkumulat fuq jumejn. George Abela ġie fit-tieni post wara Bonnici b’1056 punt wara kompetizzjoni qriba. Luke Aquilina ġie fit-tielet post b’ 918-il punt.

Derek McHenry ġie l-ewwel fil-kategorija Recurve 50+ b’ 923 punt.

Michelle Abela ġiet l-ewwel fil-kategorija Recurve tan-nisa b’1085 punt.

Jacob Buttigieg ġie l-ewwel fil-kategorija Recurve taħt it-18-il sena b’ 923 punt.

Fil-kategorija Compound tal-irġiel, Jeremy Bartolo rebaħ il-kompetizzjoni b’1121 punt ; Daniel Schembri ġie fit-tieni post b’1116. Karl Cutajar ġie fit-tielet post b’ 1103 punti akkumulati.

Brian Micallef ġie fl-ewwel post fil- kategorija Compound 50+ wara li għamel punteġġ ta 1094.

Maria Formosa ġiet fl-ewwel post fil- kategorija Compound tan-nisa b’1057 punt.

John Aquilina ġie fl-ewwel post fil- kategorija Barebow tal-irgiel wara li għamel punteġġ ta 620.

Il-Kowċ Nazzjonali u President John Schembri dderieġa l-kompetizzjoni.

L-Assoċjazzjoni tal-isparar bil-qaws ser tkompli l-iskeda ta’ kompetizzjonijiet fi Frar bl-istaġun tal-isparar barra.