Lokali

BIL-FILMAT: Jeħilsuha ħafif wara li qabdet il-gabbana tal-Ħamrun fost splużjonijiet

Fl-aħħar ħin, nirien ħakmu il-gabbana tal-Ħamrun li tinsab fi Pjazza San Pawl, magħrufa wkoll bħala Pjazza Fra Diegu, fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-8:30pm, meta għal xi raġuni din il-gabbana ħadet in-nar. Hu maħsub li xi apparat li kien qed jintuża’ għat-tisjir ħa n-nar.

Immedjatament, fil-post waslu ħames vetturi tat-tifi tan-nar bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili li wettqu ħidma intensiva biex jitfu n-nirien.

Dawk li kienu fil-post tal-inċident spjegaw magħna li saħansitra nstemgħu numru ta’ splużjonijiet. Fortunatament, ħaddiema li kienu fuq ġewwa tal-gabbana laħqu ħarġu qabel kien tard wisq.

Għal xi ħin, it-triq ewlenija tal-Ħamrun ingħalqet għat-traffiku, bis-sewwieqa ġew mitluba jużaw toroq alternattivi.

Ta’ kuljum, il-gabbana tal-Ħamrun hi mfittxija minn diversi persuni kemm tal-lokal u anke dawk li mhumiex residenti l-Ħamrun.

Ara l-filmat ta’ dak li seħħ hawnhekk.