Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqgħu fuqu ħadid minn fuq gaffa

Żagħżugħ ta’ 27 sena residenti r-Rabat qed jissielet għal ħajtu wara li waqgħu fuqu xi ħadid li kienu fuq gaffa waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni viċin kumpless sportiv fil-Marsa għall-ħabta tas-1:30pm.

Fil-post mar tim mediku mill-Isptar Mater Dei li wara li tawh l-ewwel għajnuna, huwa ttieħed l-Isptar għal iktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.