Lokali

Immigranti jitilfu ħajjithom fiz-zona SAR li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti

Għalkemm ir-rapport huma kunflinġenti, l-istorja tibqa’ waħda ta’ qsim il-qalb – traġedja oħra fil-Mediterran illi fiha mietu 8 immigranti, waħda minnhom mara li kienet tqila.

Il-fatti kif ġraw eżatt għadhom kemmxejn mhux ċari; min qed jgħid li l-immigranti mietu bil-kesħa u kaġun ta’ nuqqas ta’ ikel, u min qed jirrapporta li kien hemm minnhom li għerqu waqt li pruvaw isalvaw tarbija ċkejkna.

Hu x’inhu l-każ, fatt wieħed huwa determinat – li l-każ seħħ f’zona (SAR) ta’ Tiftix u Salvataġġ li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Gvern Malti, illi s’issa għadu fil-muta.