Internazzjonali

Imut l-istilista famuż Paco Rabanne, fl-età ta’ 88 sena

L-istilista tal-moda ċelebri Paco Rabanne — magħruf ukoll għall-prodotti tal-fwieħa ta’ kwalità — miet fl-età ta’ 88 sena fid-dar tiegħu fi Franza.

Mewtu kienet ikkonfermata mill-kumpannija Puig li hi responsabbli għall-‘brands’ ta’ Rabanne — bil-kelliema jgħidu li l-memorja tal-istilista mhi se tmut qatt wara li hu kien l-ispirazzjoni għal ġenerazzjonijiet sħaħ,, grazzi għall-viżjoni radikali li kellu dwar il-moda u fejnhu kien dejjem konxju dwar il-gosti tan-nies li jinbidlu minn żmien għal żmien.

,Fil-fatt, Paco Rabanne kien sar magħruf madwar id-dinja għall-eċċentriċità tiegħu li spikkat fid-disinji tal-ħwejjeġ u meta hu ilu s-snin magħruf bħala ‘leġġenda fil-qasam tal-moda’.