Jekk qabel kont teħel 6 punti minħabba li kont tuża l-mobile waqt is-sewqan, issa l-punti li se jitnaqqsu telgħu għal 9. Filwaqt li l-multa irduppjat.
Dawn huma biss ftit mill-bidliet illi ħabbar il-Ministru tat-traffiku Aaron Farrugia meta dalgħodu preżenta dawn il-bidliet lill-media.
Għal min juża mobile u jwieġeb telefonati fil-karozza, il-multa telgħet minn €100 għal €200.
Min jaqla’ mil-lights meta d-dawl ikun aħmar, jew jibqa’ għaddej fuq dawl aħmar, il-multa wkoll irduppjat minn €100 għal €200.
Għal min jidħol minn no-entry il-multa żdiedet għal €75. Fejn jidħol sewqan eċċessiv b’iktar minn 15km/h ‘l fuq mil-limitu, il-multa żdiedet għal €100. Dan apparti multi oħra li ukoll raw żidiet.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>