Internazzjonali

L-Ukrajna: ’Il-futur tal-pajjiż hu bħala membru tal-UE’

L-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qalu li l-futur tal-Ukrajna hu bħala membru ta’ dan il-grupp ta’ pajjiżi. Din kienet l-aktar stqarrija sinifikanti li ħarġet minn konferenza tal-aħbarijiet fi Kiev li tmexxiet mill-President Ukren Volodymyr Zelensky u l-ogħla uffiċjali tal-Unjoni.

Il-President tal-UE Ursula von der Leyen, intant, faħħret lil Kiev għar-riformi implimentati meta l-Ukrajna qed taħseb f’li tikseb is-sħubija fl-UE mill-aktar fis possibbli.

Intant, il-proċess tas-sħubija s-soltu jieħu s-snin u l-UE naqset milli tiddikjara programm fiss għall-Ukrajna. Dan meta l-proċess għas-sħubija se jibbaża fuq numru ta’ kriterji u kundizzjonijiet għall-Ukreni.

Is-summit fi Kiev kien l-ewwel bejn l-UE u l-Ukrajna mindu l-qawwiet Russi invadew it-territorju Ukren kważi sena ilu.

Min-naħa tiegħu, il-President Zelensky mill-ġdid sejjaħ biex it-taħditiet għall-isħubija ta’ pajjiżu fl-UE jibdew din is-sena – u meta hu anki ddiskuta l-issikkar tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja flimkien mal-Mexxejja Ewropej, fi Kiev.