Lokali

‘Light’ se tkun ta’ spalla għal dawk li jbatu mill-infertilità jew korriment

Huma ħafna dawk li xtaqu wild iżda kaġun ta’ diversi fatturi, għaddew minn dulur sħiħ hekk kif ma setgħux ikollhom dan.

Kien fid-dawl ta’ dan li l-Ġimgħa ġiet imendija għaqda mhux governattiva mill-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, AnneMarie Grech li se tkun qed taħdem favur persuni li jbatu mill-infertilità biex jingħataw gwida u appoġġ emozzjonali.

Il-kelma light intagħżlet bħala isem għal din l-għaqda biex jitwassal messaġġ ta’ tama u pożittività meta persuna tkun tinsab fi triq mudlama u mċajpra. L-għaqda se tkun qed taħdem biex tassigura li tagħti wens lil persuni li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli filwaqt li twassal messaġġ biex kull persuna tgħaddi kelma ta’ ġid lil ħaddieħor.

Josephine Xuereb kienet ilha s-snin taħdem ma’ koppji bi sfidi ta’ infertilità u korrimenti u kien hawnhekk fejn tkelmet ma’ AnneMarie Grech dwar il-bżonn ta’ entità li sservi ta’ widen, wens u sapport.

Din l-għaqda tikkonsisti minn professjonisti, tobba u nies li jaħdmu fil-qasam tal-mediċina… b’dawk kollha li jistgħu jgħinu huma mħeġġa biex javviċinaw lill-għaqda.

Il-President tal-għaqda, AnnMarie rrikonoxxiet li għad hawn stigma kbir fuq koppji u individwi li jbatu minn dan tant li jispiċċaw jiddejqu jitkelmu minn dak li jkunu għaddejjin minnu.

L-għaqda mhux biss se tkun qed tippromwovi aktar tagħrif u sapport emozzjonali f’każi fejn ikun hemm korriment… iżda wkoll se tkun qed ixxerred informazzjoni biex tgħin lill-familji u qraba jifhmu l-ostakli l-koppji jħabbtu wiċċhom magħhom, biex is-soċjetà tifhem aħjar dak li jgħaddu minnu.

Preżenti għat-tnedija tal-għaqda ‘Light’ kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino, fost diversi persuni oħra.