Futbol Sport

Matthew Guillaumier rebbieħ tal-unur tal-Plejer tax-Xahar ta’ Diċembru

Il-midfielder ta’ Hamrun Spartans Matthew Guillaumier rebaħ l-unur tal-Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2022.

Matul Diċembru, il-midfielder ta’ 24 sena salva t-tliet punti importanti għal Hamrun, meta fit-tielet minuta tal-ħin miżjud, bl-iskor ta’ 0-0 kontra Marsaxlokk FC, skorja l-gowl tar-rebħa meta rċieva kross mix-xellug mingħand Jonny u bir-ras għeleb lill-goalkeeper Xlukkajr.

Guillaumier għażel lill-MSPCA biex jibbenefikaw mid-donazzjoni tal-BOV lil tingħata lil organizzazzjoni tal-karità tal-għażla tal-plejer.