Ġenituri ta’ tifel b’diżabbiltà jinsabu imweġġa’ għall-fatt li t-tifel tagħhom ma jistax jibda skola minħabba li ma hemmx LSEs biżejjed.
Dan huwa biss wieħed minn ħafna każi ta’ dan it-tip – b’ġenituri jilmentaw dwar il-fatt li n-nuqqas ta’ riżorsi qed jinħassu f’ħafna mill-iskejjel, fejn qed jinħass il-bżonn ta’ aktar LSEs.
Fuq il-media soċjali, omm dan it-tifel qalet li dan huwa mument ta’ uġiegħ għalihom. U saqsiet għaliex dawn it-tfal b’diżabbiltà ma jistgħux jingħataw opportunitajiet indaqs.
//= $special ?>