Raġel u mara kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara inċident tat-traffiku f’Għajnsielem.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu fi Triq Borġ Għarib wara li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur u mara ta’ 43 sena mix-Xagħra, fejn passiġġiera magħha kellha tifla ta’ 9 snin.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-persuni involuti l-isptar għal aktar kura fejn il-mara u r-raġel ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi filwaqt li fortunatament it-tifla ma sofrietx ġrieħi.
//= $special ?>