Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ f’residenza Tal-Pietà

Anzjan ta’ 77 sena residenti Ħal Għaxaq qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ waqt li kien tiela’ it-taraġ f’residenza Tal-Pietà.

L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-1:45 ta’ waranofsinhar fi Triq Pietru Xuereb, Tal-Pietà.

Il-Pulizija marret fil-post filwaqt li ssejjaħ tim mediku sabiex jassisti. Ftit tal-ħin wara ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Materi Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.