Lokali

Be Smart Online b’inizjattivà għall-użu tal-internet aktar sigur

Illum il-ġurnata kemm tfal, żgħażagħ, adulti kif ukoll anzjani jaffaċċjaw diversi riskji u perikli meta jkunu qed jagħmlu użu mill-internet.

Għalkemm fir-realtà l-Internet huwa għodda tajba fil-ħajja ta’ kuljum, xorta għad hemm bżonn iktar għarfien sabiex in-nies jagħrfu r-riskji li jeżistu.

Is-Sibt filgħodu fi Pjazza Tritoni l-Belt Valletta, l-entità Be Smart Online li tifforma parti mill-Fondazzjoni għas-sigurtà soċjali ħejjiet inizjattiva biex jinħoloq aktar għarfien dwar il-perikli li hemm fuq l-Internet.

Din l-inizjattiva qed issir ftit jiem qabel ma tiġi ċċelebrata Safer Internet Day fis-7 ta’ Frar. Din is-sena se tkun iċċelebrata bit-tema Together for a Better Internet.

Net News tkellem ma’ Deborah Vassallo li hija l-Project Coordinator ta’ Be Smart Online fl-FSWS fejn spjegatilna l-importanza ta’ dawn l-inizjattivi. Hija qalet li attività bħal din tipprovdi aktar għarfien lin-nies sabiex jindunaw bil-periklu waqt li jkunu fuq l-internet. Illum il-ġurnata hemm ħafna perikli li jista’ jintaqà magħhom.

Barra minn hekk, Deborah Vassallo rreferiet għal uħud mir-riskji li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom waqt li jkun qed jagħmel użu mill-Internet. Riskji li wieħed jista’ jaffaċċja huwa cyber bullying, xi ħadd jieħu ritratti oħra sabiex joħloq fake profile, tfal jiġu avviċinati minn adulti bl-iskop t’abbuż fost affarijiet oħra.

Għal aktar għarfien wieħed jista’ jaċċessa s-sit elettroniku BeSmartOnline.org.mt jew inkella jċempel 179.