Jirbħu l-Enemed Cup kontra Sliema fl-aħħar logħba
Stewart Said
SLIEMA FRANK SALT………… 8
SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 11
(0-4), (3-1), (3-4), (2-2)
Għat-tielet darba fl-istorja, San Ġiljan JP Projects huma r-rebbieħa tal-Enemed Cup. Fil-logħba deċiżiva, għelbu lil Sliema Frank Salt 11-8 u spiċċaw din l-edizzjoni b’punti massimi.
Il-vantaġġ li bnew fl-ewwel sessjoni poġġa lil Sliema f’sitwazzjoni diffiċli għaliex kellhom jiġru wara r-riżultat il-ħin kollu. Minkejja t-tentattivi, l-episodji ma ġewx favur tagħhom, b’San Ġiljan ikunu għaqlin li jikkastigaw fl-aħjar ħinijiet.
Il-Ġiljaniżi ma setax ikollhom bidu aħjar hekk kif ħadu l-kmand tal-logħba minn kmieni. Sliema sofrew daqqa ta’ ħarta wara anqas minn żewġ minuti minn ftuħ il-logħba wara li tkeċċa Benji Cachia għal dik li ġiet iġġudikata bħala daqqa ta’ sieq, deċiżjoni li s-Slimiżi żgur kienu kontriha. San Ġiljan skorjaw erbgħa mingħajr risposta tul is-sessjoni.
Sliema stejqru fit-tieni sessjoni wara l-bidu kajman li kellhom. Huma bdew jinfdu aktar lid-difiża avversarja u jwasslu l-ballun fis-centre. Konsegwenza ta’ dan, naqqsu d-distakk għal 5-3 bi tnejn mill-gowls jaslu b’mod identiku minn Dino Zammit.
Ir-raba’ gowl fil-logħba ta’ Zammit deher li se jagħti momentum lis-Slimiżi sakemm San Ġiljan skorjaw tliet gowls konsekuttivi u fetħu distakk ta’ 8-4. Zammit u Galea taw tama lil Sliema sakemm seħħ il-mument importanti tal-logħba.
Sliema b’ċans li jnaqqsu d-distakk għal gowl. Penalty ta’ Dino Zammit u Jake Tanti bl-għajnuna tal-lasta salva x-xutt. Fl-attakk sussegwenti, Jeremy Abela għamilhom 9-6.
L-aħħar imbuttatura Slimiża wasslet għal distakk ta’ 10-8, xutt mal-lasta ta’ Galea u save fuq il-linja ta’ Tanti, filwaqt li minn kontrattakk, Jake Bonavia ssiġilla r-rebħa.
Fi tmiem il-logħba, il-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit ġie ppreżentat bit-trofew mill-President il-ġdid tal-ASA Karl Izzo u ċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop.
Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea (2), D. Rizzo, K. Borg, B. Cachia, J. Cutajar, M. Mifsud, J. Brownrigg, E. Schembri, Z. Mizzi, D. Zammit (5), A. Bugeja, J. Sciberras, S. Engerer
San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (1), A. Galea (1), G. Bonavia, R. Caruana (1), M. Zammit (1), B. Plumpton (1), J. Bonavia (2), J. Abela (3), N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg, N. Schiavone, K. Calleja
Referees: Massimo Angileri, Ronnie Spiteri
MARSASKALA…………………… 8
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 5
(1-1), (3-1), (3-2), (1-1)
Neptunes Videoslots temmew l-Enemed Cup fuq nota negattiva b’telfa kontra Marsaskala. Għalkemm din mhix l-aqwa formazzjoni possibbli ta’ Neptunes, mertu jmur għal Marsaskala li żammew il-konċentrazzjoni.
Marsaskala qatt ma kienu minn taħt tul il-logħba, b’Neptunes jirkupraw l-iżvantaġġ doppju fit-tielet sessjoni b’doppjetta ta’ Mark Castillo. Iżda pronta kienet ir-risposta tat-tim ta’ Arpad Babay bi tliet gowls konsekuttivi għal vantaġġ ta’ 7-4 fil-bidu tal-aħħar sessjoni, liema sessjoni kkontrollawha.
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, G. Galea, M. Agius, R. Greco, E. Bilgrin, K. Navarro, D. Tully, D. Pace Lupi, G. Sammut (4), J. Ciantar (3), M. Carani (1), A. Muscat
Neptunes: A. Borg Cole, D. Bugeja (1), S. Gialanze (2), G. Pace, L. Mallia, M. Zammit, M. Castillo (2), J. Camilleri, E. Mallia, J. Bajada, A. Fenech, J. Borg Tabone, M. Farrugia
Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…. 12
EXILES WELBEE’S……………… 8
(3-1), (4-3), (2-2), (3-2)
Tmiem ta’ edizzjoni fantastika għal Birżebbuġa Freeport. Fil-ġurnata kienu l-aħjar tim bis-centre Peter Borg jispikka hekk kif skorja nofs il-gowls. Il-vantaġġ ta’ tliet gowls li bnew Birżebbuġa fl-ewwel sessjoni wittew it-triq għar-rebħa.
Exiles wettqu reazzjoni u fit-tielet sessjoni naqqsu d-distakk għal 7-6 sakemm Peter Borg skorja doppjetta u żamm il-vantaġġ għal 9-6. Birżebbuġa xejnu l-isforzi ta’ Exiles fl-aħħar sessjoni u kisbu rebħa komda.
Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (6), N. Cassar (1), B. Grech (3), K. Grech, R. Mock, R. Spiteri, D. Cutajar, D. Farrugia, K. Tanti (1), G. Mannino, M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (1), S. Bezzina
Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari (1), L. Pursehouse, N. Berlin, M. Martellacci, S. Xerri da Caro (1), M. Paris Roding, K. Griscti, N. Paris, A. Farrugia, M. Aquilina (5), N. Saliba (1), F. Buhagiar
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
VALLETTA IZIBET……….. 12
SIRENS…………………………… 11
(3-1), (2-3), (4-4), (3-3)
L-għajta tal-kowċ Joe Cremona fi tmiem il-logħba kienet xhieda tat-tifsira ta’ din ir-rebħa għal Valletta. Wara edizzjoni diffiċli, Valletta kisbu l-ewwel punti f’dik li ċertament kienet l-aħjar prestazzjoni, b’Sirens dehru anqas kattivi sportivament biex jiksbu t-tliet punti.
F’mument fit-tieni sessjoni, Valletta kellhom vantaġġ ta’ 4-1 iżda Sirens daħlu fil-logħba u fit-tielet sessjoni għal erba’ darbiet konsekuttivi ċaħħdu lil Valletta milli jibnu vantaġġ doppju. Għalkemm Sirens ġabu d-draw fl-aħħar sessjoni, qatt ma ħadu l-vantaġġ, b’Valletta jżommu l-vantaġġ minimu sal-aħħar.
Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines (1), Z. Micallef, J. Cassar (4), S. Busuttil, J. Pace Mizzi, D. Paolella (2), J. Chircop (3), S. Micallef (1), A. Agius (1), M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma
Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Cachia (2), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (3), M. Chircop, W. Ruggier, G. Sammut (1), M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis, K. Agius
Referees: Richard Magri, Neville Mercieca
Kif Spiċċaw
L R D T F K Pti
San Ġiljan 7 7 0 0 109 41 21
Sliema 7 6 0 1 87 38 18
Sirens 7 4 0 3 69 73 12
Birżebbuġa 7 4 0 3 64 68 12
Neptunes 7 2 0 5 55 61 6
Marsaskala 7 2 0 5 47 69 6
Exiles 7 2 0 5 45 83 6
Valletta 7 1 0 6 38 81 3
//= $special ?>