Internazzjonali

FIS-SUDAN: Eluf joħonqu t-toroq biex jippruvaw jaraw lill-Papa

Eluf ta’ nies inġabru fis-Sudan biex jipprovaw jaraw lill-Papà, b’uħud jgħidu li ilhom jimxu disa’ t’ijiem biex jippruvaw jagħmlu dan.

Il-Ġimgħa, il-Papa Franġisku wasal f’Juba, il-kapitali tas-Sudan ta’ Isfel, għal dan il-pellegrinaġġ tant mixtieq minnu, biex iwassal messaġġ ta’ paċi f’dan il-pajjiż mifni minn tant kunflitti.

Il-Kap tal-Knisja Kattolika jinsab akkumpanjat minn Justin Welby, l-Arċisqof Anglikan ta’ Canterbury, u Iain Greenshields, il-Moderatur tal-Assemblea Ġenerali tal-Knisja tal-Iskozja.

Din it-tieni parti tal-40 Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku se tikkonsisti f’laqgħa ma’ bosta gruppi ekkleżjastiċi u ċivili, fosthom refuġjati, u l-Ħadd filgħodu se ssir  quddiesa li se tkun qed tagħlaq is-siparju fuq din iż-żjara.