Futbol Sport

Ħamrun ikomplu joqorbu lejn it-titlu ta’ champions b’rebħa fuq Floriana

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

FLORIANA…………0

ĦAMRUN S…………1

Floriana: G. Kitanov, A. M. Overend (M. Veselji 73’), O. El Hasni, J. Arias (N. Cassar 89’), M. Garcia (C. Z. Lonardelli 73’), L. De Grazia (L. Accarino 75’), A. Melunevic, E. Callegari, J. Busuttil, S. Osestad (L. Trillo 73’), A. Garzia

Ħamrun S: H. Bonello, B. Domingos, M. Guillaumier, E. Mashike (K. Holmberg 85’), R. Prsa (J. Mbong 71’), R. Callegari, O. Bjelicic, J. Corbalan, J. Roberts (J. Soares 76’), E. Marcelina, R. Camenzuli

Imwissija: J. Arias 31’, A. Melunovic 39’(F), O. Bjelicic 31’, J. Roberts 37’, H. Bonello 57’ (Ħ)

Skorja: M. Guillaumier 65’ (Ħ)

Referee: Phlip Farrugia

Assistenti Referees: Duncan Spencer u James Muscat

BOV Plejer tal-Logħba: Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Elvis Mashike (Ħamrun Spartans)

F’partita missielta u f’mumenti minnhom anke b’temperament għoli, il-leaders Ħamrun Spartans komplew bil-mixja tagħhom għar-rebħ tad-disa’ titlu, meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Floriana 1-0 b’gowl tal-Plejer tax-Xahar ta’ Diċembru Matthew Guillaumier. Għal Floriana din kienet ir-raba’ logħba bla ma jirbħu u t-tielet telfa minn erba’ logħbiet b’waħda minnhom tkun l-eliminazzjoni mill-FA Trophy.

Ħames minuti logħob u Ħamrun mill-ewwel fuq l-attakk u ħarba tajba ta Mashike mal-lemin li jitfa’ ballun insidjuż fil-kaxxa fejn kien hemm Bruno, iżda ma dan ma laħaqx tajjeb u l-ballun baqa sejjer fi throw in.

L-ewwel xutt perikoluż wasal fil-25 minuta meta Jan Busuttil aprofitta minn żelqa ta’ Prsa u wara li avvanza prova xutt minn barra l-kaxxa li Bonello b’diffikultà kellu jdawwar f’korner.

Man-nofs siegħa logħob free kick dirett għal Floriana mogħti minn Jose Arias li għal darb’oħra Bonello kellu jdawwar f’korner. L-ebda azzjoni oħra denja ta’ nota sa tmiem l-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.

Bidu daqxejn kwiet fit-tieni taqsima sakemm fil-65 minuta Ħamrun Spartans marru fil-vantaġġ. Kien free-kick mogħti minn Bjelicic li kien parzjalment milqugħ minn Kitanov bil-ballun jasal għand Elvis li wkoll ra x-xutt tiegħu milqugħ biex fianalment Matthew Guillaumier spara xutt fir-rokna tax-xibka biex tefa’ lill-Ispartans minn fuq.

Tliet minuti biss wara ċans għal Ħamrun li jirduppjaw meta kien pass preċiż ta’ Guillaumier lejn Roko Prsa li avvanza iżda ra l-konklużjoni tiegħu tkun milqugħa tajjeb ferm minn Kitanov.

Floriana kellhom ċans fis-77 minuta meta wara inċertezza fid-difiża Ħamruniża, Melunevic għadda lejn Veslji li rnexxielu jgħaddi l-ballun minn taħt Bonello iżda sab lil Bjelicic li tajjar fil-ħin.

Fl-aħħar minuta tal-ħin miżjud u bi Floriana li xeħtu kollox fuq l-attakk kontrattakk ta’ Ħamrun bis-sostitut u akkwist ġdid Holmberg jgħaddi ballun preċiż lejn Mbong li daħal fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu kien dgħajef u spiċċa f’idejn Kitanov. Din kienet l-aħħar azzjoni denja ta’ nota bit-tliet punti jmorru għand Ħamrun u bit-tragward ta’ champions issa aktar fil-qrib.

Elvis Mashike ta’ Ħamrun issikkat minn Emiliano Callegari ta’ Floriana (Ritratt: Joseph Galea)