Il-kantanta Maltija Carmen Scerri ssorprendiet lill-erba’ membri tal-ġurija meta l-Ġimgħa filgħaxija ħadet sehem fil-programm televiżiv Taljan ‘The Voice Senior’ ippreżenetat minn Antonella Clerici… liema programm jixxandar fuq l-istazzjoni Rai Uno.
Carmen, li għandha 74 sena u hija minn Ħaż-Żebbuġ kantat il-kanzunetta ‘Foritissimo’ ta’ Rita Pavone.
Wara biss ftit sekondi mill-interpretazzjoni tagħha il-grupp Ricchie e Poveri u l-kantanta Loredana Berte mal-ewwel għafsu l-buzzer biex idawru s-siġġu tagħhom u jaraw min kien qed ikanta. Bit-tliet kantanti jaffaxxinaw ruħhom bil-leħen partikolari li għandha Carmen. Iz-zewġ membri l-oħra tal-ġurija huma ir-rapper Taljna Clementino u l-kantant Gigi D’Alessio.
Fi tmiem l-interpretazzjoni tagħha, Carmen qalet li ilha tkanta sa minn meta kienet għadha tifla ċkejkna, fejn imbagħad meta kibret, ingħatat il-laqam ta’ Rita Pavone ta’ Malta hekk kif kienet tinterpreta bosta kanzunetti ta’ din il-kantanta Taljana. Carment hija miżżewġa lill-Isqalli Ernesto Bella.
//= $special ?>