Lokali Mużika

Jitħabbru l-24 kanzunetta li għaddew għas-semi finali

Il-Ġimgħa filgħaxija tħabbru l-24 kanzunetta li għaddew għas-semi finali tal-Malta Eurovision Song Contest li se ssir nhar il-Ħamis li ġej. Is-serata finali, imbagħad issir is-Sibt 11 ta’ Frar fejn jitħabbar ir-rebbieħ li se jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Son Contest li din is-sena se jsir Liverpool.

Il-kanzunetti li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn:

  • In The Silence – Ryan Hili
  • Eku Ċar – Christian Arding
  • It’ll Be OK – Dan
  • Tears – Mark Anthony Bartolo
  • Indescribable – Chris Grech
  • La La Land – Cheryl Balzan
  • Creeping Walls – Nathan Psaila
  • Whatever Wind May Blow – Dominic Cini u Anna Azzopardi
  • Try To Be Better – Fabrizio Faniello
  • Bridle Road – Dario Bezzina
  • Up – Matt Blxck
  • On My Own – Ian
  • Dance (Our Own Party) – The Buskers
  • Blackout – Bradley Debono
  • Piranah – Klinsmann
  • Guess What – Eliana Gomez Blanco
  • I Depend On You – Giada
  • Broken Hill – Andrè Portelli
  • Checkmate – Brooke Borg
  • The Mirror – Geo Debono
  • Leħen Fiċ-Ċpar – Mikhail
  • Alone – Maxine Pace
  • Sound Of My Stilettos – Greta Tude
  • Heartbreaker – Stefan Galea

Ir-rebbieħ ta’ nhar is-Sibt li ġej se jkun qed jipparteċipa fl-ewwel semi finali tal-Eurovision Song Contest, li din is-sena se jsir fil-belt ta’ Liverpool.

Malta telgħet sabiex tkanta fl-ewwel nofs tal-ewwel semi finali, li ser isir it-Tlieta, 9 ta’ Mejju. Fost il-pajjiżi li Malta ser tkun qed tikkompeti magħhom hemm in-Norveġja, l-Iżveżja, Iżrael u l-Olanda.

Dan filwaqt li t-tieni semi finali se tiġi organizzata l-Ħamis, 11 ta’ Mejju … bil-finali ssir s-Sibt, 13 ta’ Mejju.

Fost is-semi finalisti li se jieħdu sehem fit-tieni serata hemm Ċipru, l-Iżlanda, il-Greċja u l-Polonja.

Matul is-serata finali, il-ħames pajjiżi l-kbar li huma l-Italja, Franza, Germanja, Spanja u Renju Unit, flimkien mal-Ukrajna … il-pajjiż li rebaħ l-edizzjoni li għaddiet, se jkunu qed jikkompetu mal-20 finalista li jgħaddu wara li jikkompetu fl-ewwel u fit-tieni Semi-finali.