Lokali

Kyran Bonello huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ ‘Malta’s Got Talent‘

Fl-aħħar ħin ġie kkonfermat illi Kyran Bonello, iż-żagħżugħ ta’ 14-il sena minn Birkirkara, huwa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ ‘Malta’s Got Talent’.

Kyran Bonello fetaħ is-serata tal-finali bil-kanzunetta ‘Nella fantasia’, ta’ Ennio Morricone, filwaqt li kien akkumpanjat minn grupp taz-zfin tal-ballet.

B’vuċi li saħħret lill-poplu Malti, Kyran Bonello kien wieħed minn fost erbgħa li rnexxielu jikseb post dirett fis-semi-finali permezz tal-Golden Buzzer.

Madwar seba’ snin ilu, ir-rebbieh Kyran Bonello kanta l-ewwel darba waqt Konkors Kanzunetta Misrah il-Milied organizzat mill-Partit Nazzjonalista.

Fit-tieni post ikklasifikaw il-grupp taz-zfin Dancing Angels, biz-zifna li trattat t-tema ta’ Warriors – zifna li ġiet imnebbħa mill-fantasija u ċ-ċinema.

Il-grupp taz-zfin Dancing Angels li huwa bbażat f’Birzebbugia, ingħaqad fl-2008, minn Alan Bianco Galea – il-korjografu li jmexxi dan il-grupp.

Fit-tielet post, ikklassifikat Beth, l-artista ta 16-il sena bis-silta ‘La Liberté. Beth kienet fost dawk li ingħatat il-Golden Buzzer u għamlitha għas-semi-finali. Hijakapaċi ddoqq diversi strumenti fosthom il-pjanu, il-kitarra elettrika, il-vjolin, il-kalimba, l-ukulele, u oħrajn.

Il-finalisti tat-tieni staġun ta’ ‘Malta’s Got Talent’ li għamluha mal-aqwa disgħa kienu Kyran Bonello, Street Elements, Beth, United Performers, Olivia Lillith, Guitar Projects, La Voix Harmonies, Dancing Angels u Sheron Grixti.