Internazzjonali

Nirien kbar iġibu qerda fiċ-Ċili

Minn tal-anqas 13-il persuna mietu kawża ta’ nirien li ħakmu lil numru ta’ msaġar li jinsabu ‘l barra minn Santiago, il-kapitali taċ-Ċili. Fost il-vittmi hemm pumpier li tilef ħajtu waqt li kien qed jipprova jsalva lill-vittmi.

L-awtoritajiet Ċileni qalu li bħala għajuna fl-aħħar sigħat intbagħtet ukoll l-armata fejn anki qed tgħin lin-nies jitilqu ‘l bogħod min-nirien.

Matul il-jum tas-Sibt, waslet ukoll għajnuna mill-Brażil u anki mill-Arġentina bil-għan li n-nirien ma jkomplux jinxtredu.