Futbol Sport

Premier League Ingliż: Draw deludenti għal Chelsea

Minkejja nefqa rekord fejn iddominaw is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar, Chelsea kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ mingħajr gowls fi Stamford Bridge kontra l-ġirien minn Londra Fulham.

Ħafna iktar kien mistenni mill-ħdax ta’ Graham Potter li fost l-oħrajn kellhom id-debutt tal-Arġentin Enzo Fernandez li sar l-iktar plejer li qam flus fl-Ingilterra.
Għal Fulham wirja tajba speċjalment fid-difiża fejn bis- saħħa tal-punt miksub Fulham issa jinsabu fis-sitt post tal-klassifika, filwaqt li Chelsea baqgħu fid-disa’ post u għaxar punti bogħod miż-żona UEFA Champions League.

Il-leaders Arsenal illum ikunu Goodison Park fejn jiltaqgħu kontra Everton li jinsabu f’qagħda ddisprata fin-naħa t’is- fel tal-klassifika.

Il-logħba prinċipali tintlagħab għada bejn Tottenham u Man City.

Programm

Ilbieraħ
Chelsea v Fulham 0-0

Illum
13:30 Everton v Arsenal
16:00 A. Villa v Leicester

16:00 Brentford v Southampton

16:00 Brighton v Bournemouth

16:00 Man Utd v C. Palace

16:00 Wolves v Liverpool

18:30 Newcastle v West Ham

Għada
15:00 Nottingham v Leeds

17:30 Tottenham v Man City