Futbol Sport

Rebħa komda għal Gudja United kontra Santa Lucia

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

GUDJA UNITED………..3

SANTA LUCIA….……….0

Gudja United: G. Zammit, J. Bolanos, J. Mintoff (J. Attard 89’), T. Nagamatsu (S. Attard 90’), V. Plut, J. Arthur, N. Micallef, K. Micallef, M. Muchardi, N. Navarrete, F. Romero

Santa Lucia: M. Calleja Cremona, Y. Soares, S. Rier (R. Hehedosh 46’), R. Bairam, K.Nwoko (J. Carbone 74’), A. Blie, J. Tanti (D. Xuereb 74’), J. Pisani, F. Rodrigues, R. Soares, Y. Terzi (M. Alba 57’)

Imwissija: S. Rier 30’ (STL), T. Nagamatsu 51’ (GUD), M. Muchardi 62’ (GUD), R. Bairam (STL) 79’

Skorjaw: T. Nagamatsu  51’ (GUD), V. Plut 77’ (GUD), T. Nagamatsu  82’ (GUD)

Referee: Matthew Degabriele

Assistenti Referees: Mitchell Scerri & Mark Ciantar

Il-Mument Plejer tal-Logħba: Tatasaru Nagamatsu (GUD)

BOV Plejer tal-Logħba: Tatasaru Nagamatsu (GUD)

Gudja United irritornaw għar-rebħ bil-kbir wara t-telfa deludenti tal-ġimgħa li għaddiet kontra Żebbuġ Rangers. B’din ir-rebħa l-istess Gudja kważi aċċertaw ruħhom minn staġun ieħor fil-Premier.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mat-22 minuta b’free-kick perikoluż ta’ Matias Muchardi li ġie salvat b’diffikultà minn Calleja Cremona. Man-nofsiegħa logħob Santa Lucia wieġbu b’xutt ċentrali minn barra l-kaxxa ta’ Yevhenii Terzi. Fl-40 minuta Gudja kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor. F’ħarġa ħażina Calleja Cremona ma laqatx il-ballun, b’Robert Bairam approfitta iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet tħakkek minn mal-lasti.  Ftit qabel il-mistrieħ l-istess tim immexxi minn Andrea Agostinelli ġie mċaħħad penalty hekk kif l-assitant referee Mark Ciantar għolla l-bandiera tal-offside wara li Nagamatsu twaqqa’ fil-kaxxa minn Calleja Cremona.

Il-Gudjani fetħu l-iskor fil-51 minuta hekk kif Tatasaru Nagamatsu ikkontrolla kross b’sidru u mill-viċin ma ħafirx b’xutt b’saħħtu fil-baxx. Kwarta mit-tmiem Gudja ngħataw penalty wara li d-difensur ta’ Santa Lucia waqqa’ lil Matias Muchardi fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru l-ex attakkant Vito Plut ma żbaljax. Fit-82 minuta l-plejer tal-logħba Nagamatsu għalaq il-partita bit-tieni gowl personali wara pass preċiż mill-Arġentin Muchardi li ppenetra d-difiża. Fl-aħħar ħinijiet Gudja lagħbu għal ħin biex il-partita ntemmet fl-iskor ta’ 3-0.