Għawdex Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara inċident f’Għawdex

Anzjan ta’ 63 sena residenti x-Xagħra weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta r-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ is-Sibt għal ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li mutur tat-tip Daelim, misjuq minn anzjan ta’ 63 sena residenti x-Xagħra, kellu impatt ma’ Mitsubishi li f’dak il-ħin kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet ix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.