Futbol Sport

Sitt gowls mingħajr risposta għal Gżira United

(Ritratt: Trevor Sollars)

PIETÀ HOTSPURS……….0

GŻIRA UNITED……………6

Pietá H: S. Moschini, S. Okoh, O. Bagahatahm, D. Zerafa, J. Ghio (K. Leonardi 46′), T. Agius, A. Hovhannisyan (K. Briffa 77′), Z. Leonardi, A. Ogungfne, D. Rodrigues (A. Ayroud 65′), T. Yamaguchi (A. S. Wismayer 65′)

Gzira U: D. Cassar, G. Bohrer (T. Espindola 64′), N. Muscat, S. Pisani (A. Borg 57′), Z. Scerri (B. Borg 72′), M. Dias (L. Tabone 64′), T. Kolega, M. Cosic, M. Maia (L. Ribeiro 64′), J. De Assis, J. Mendoza

Skorjaw: J. De Assis 7′, 52′, 84′, T. Kollega 45+1′, M. Maia 58′, T. Espindola 69′ (G)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Luke Portelli u Vasil Vasilev

BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (Gżira United)

Gżira United ma sau l-ebda diffikultà biex għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor kbir ta’ 6-0. Għal Gżira din kienet it-tielet rebħa konsekuttiva fil-kampjonat u t-tielet waħda mingħajr ma sofrew gowl ukoll biex b’hekk ikkonsolidaw it-tieni post. Min-naħa l-oħra Pietà sofrew it-tielet telfa konsekuttiva u l-affarijiet jidhru li qed ikomplu jikkumlikaw għat-tim immexxi minn Rodney Bugeja li għadu ankrat fl-aħħar post b’5 punti.

Fl-ewwel azzjoni perikoluża Gżira fetħu l-iskor meta l-aqwa skorer tal-kampjonat Jefferson De Assis għeleb lill-goalkeeper debuttat Simone Moschin b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Steve Pisani

F’dominju assoltu mill-Maroons l-iskor sar 2-0 fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud meta b’xutt mill-isbaħ minn tarf il-kaxxa Toni Kolega ħalla lil Moschin iħares biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0 favur Gżira.

L-andament baqa’ l-istess fit-tieni taqsima bi Gżira b’kontroll assolut tal-partita u fl-54 minuta wasal it-tielet gowl. Kien Nikolai Muscat li għadda ballun fit-tul lejn Jefferson De Assis li wara li avvanza tefa’ wara Moschin.

Għaddew biss erba’ minuti u Gżira għamluhom erbgħa meta ż-żgħażugħ Andy Borg tefa’ kross fejn sab lil Maxuell Maia li bla problemi kompla għal ġewwa.

Kien imiss lil Thiago Espindola li jniżżel ismu fost l-iskorers meta fit-68 minuta skorja ġmiel ta’ gowl minn barra l-kaxxa.

Gżira ma kienux kuntenti b’ħames gowls u lanqas Jefferson b’doppjetta għax fl-84 minuta Jefferson De Assis għaqqad tripletta u skorja l-15-il gowl tiegħu fil-kampjonat biex il-partita ntemmet f’rebħa kbira ta’ 6-0 għal maroons li jikkonsolidaw it-tieni post.