Lokali

Terremot ieħor fin-Nofsinhar ta’ Malta

Għall-ħabta tas-7am terremot ieħor laqat il-Gżejjer Maltin, din id-darba b’qawwa ta’ 5 fuq l-iskala Richter.

Bosta persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li t-terremot seħħ għall-ħabta tas-7.04am u t-theżżiż dam jinħass għal diversi sekondi.

Iċ-ċentru sismiku tal-Università ta’ Malta ħabbar li t-terremot kien lokalizzat fil-baħar, bl-epiċentru jkun 35 kilometru ‘l barra, fin-Nofsinhar ta’ Malta, f’fond ta’ 14-il kilometru.

It-terremot inħass l-aktar fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Tal-Pietà, il-Floriana, Birkirkara u l-Belt Valletta.