L-Istati Uniti se tkun qed tibgħat aktar għajnuna militari lill-Ukrajna b’valur ta’ $2.2 biljun. Fost dan kollu li se jintbagħat hemm missili li jisparaw fit-tul.
Sa issa l-għajnuna militari li ngħatat ‘l-Ukranja mill-Istati Uniti mill-bidu tal-gwerra ‘l hawn kważi tilħaq it-30 biljun dollaru.
L-armi l-ġodda jinkludu wkoll li bombi żgħar li jwasslu sa 150km ‘il bogħod.
Intant matul il-jum tas-Sibt issoktaw l-attakki mir-Russi bl-awtoritajiet Ukreni jgħidu li seħħ attakk fuq substation tal-elettriku fir-reġjun ta’ Odessa fl-Ukrajna.
Fl-aħħar sigħat ukoll għadd ta’ pumpiera u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kienu involuti f’missjoni wara li ngħata n-nar lil supermarket f’Kherson.
Kelliema Ukreni qalu li dan l-attakk kien segwit minn attakki oħra mill-ajru fejn komplew jiġġarrfu l-binjiet u l-infrastruttura f’din iz-zona.
//= $special ?>