Lokali

4 uffiċjali tal-Pulizija jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom – POU

“Inħeġġu lill-awtoritajiet responsabbli sabiex jiżdiedu l-pieni għal min iħebb u jweġġa’ lill-uffiċjali tal-Pulizija”.

Sostniet dan il-Police Officers Union wara li matul il-jum tas-Sibt 4 uffiċjali tal-Pulizija ndarbu ħafif waqt il-qadi ta’ dmirijiethom meta attendew fuq rapport ta’ vjolenza domestika fil-gżira t’Għawdex.

Filwaqt li l-POU awgurat fejqan ta’ malajr lil dawn l-uffiċjali, l-union apellat lill-awtoritajiet sabiex verament jieħdu ħsieb lill-uffiċjali hekk kif spjegat li dan hu eżempju ċar għalfejn xogħol il-pulizija huwa differenti minn ħafna impjiegi oħra li ma fihomx riskju bħal dan.