Lokali

AĠĠORNATA (3): Oliver Agius huwa l-vittma li miet f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 90 sena tilef ħajtu wara li ttajjar f’San Pawl il-Baħar, viċin il-bajja tax-Xemxija għall-ħabta tas-2:15pm.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħtu l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament, l-isforzi tagħhom kien kollu għalxejn hekk kif ir-raġel miet ftit tal-ħin wara fil-post tal-inċident.

Ir-raġel, li ġie ddentifikat bħala Oliver Agius, ittajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mill-Ħamrun.

It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku hekk kif mistennija li ssir Inkjesta Maġisterjali.

Din hija t-tielet fatalità fit-toroq Maltin matul l-ewwel ħames ġimgħat tas-sena.