Lokali

Daħal b’sikkina f’ġojjellerija f’Tas-Sliema

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm attentat ta’ serqa minn ħanut tal-ġojjelli fi Triq it-Torri, f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret fil-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut iżda waħda mill-impjegati indunat bih u immedjatament talbet għall-assistenza tal-Pulizija.

Kif ra hekk l-allegat ħalliel ħarab mill-post mingħajr ma’ laħaq seraq xejn.

Iż-żewġ ħaddiema li kienu fil-ħanut ma’ sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.