Futbol Sport

Balzan jegħlbu lil Hibernians u jilħquhom fil-klassifika

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

HIBERNIANS…………1

BALZAN………………..2

Hibernians: J. Haber, K. Shaw, G. Llerena, J. Grech, J. Degabriele, D. Vella (B. Kristensen 77’), Z. Grech, (T’ Aldama 68’), G. Mensah (J. Vitor 14’), O. Muritala, A. Diakite

Balzan: R. Briffa, I. Bozovic, D. Torres, S. Arab, M. Grima, P. Fenech, A. Torres (B. Mladenovic 90’), M. Raso, M. Nogureira (D. Ndinga 74’), A. Andrejic, B. Kaljevic (A. Satariano 60’)

Imwissija: S. Arab 12, A. Andrejic 41’, A. Torres 45+1’, I. Bozovic 65’, P. Fenech 87’ (B), O. Muritala 30’, T. Aldama 86’ (H)

Skorjaw: M. Raso 60’, M. Nogureira 73’ (B), O. Muritala 71’ (H)

Referee: F. Zammit

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Edward Spiteri

BOV Plejer tal-logħba: Bojan Kaljevic (Balzan)

Jiżdiedu l-problemi għal Hibernians u Andrea Pisanu hekk kif f’partita kruċjali biex jirritornaw fir-raba’ post, sfaw megħluba 2-1 minn Balzan, b’dawn tal-aħħar saħansitra jilħqu lil Pawlisti bi 30 punt fil-ħames post.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Hibernians fit-13-il minuta meta minn free kick dirett ta’ Jurgen Degabriele, Rudy Briffa wettaq save tajjeb u dawwar f’korner.

Erba’ minuti wara free kick fuq in-naħa l-oħra għal Balzan mogħti minn Angel Torres, l-ebda probelmi għal Haber biex jilqa’.

Hibernians b’ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor fis-27 minuta iżda minn quddiem Briffa, Muritala tefa’ barra.

Il-captan ta’ Balzan Paul Fenech fl-40 minuta ttanta xortiħ minn barra l-kaxxa iżda tefa’ għoli. Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima biż-żewġ timijiet jidħlu jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls.

Hibernians bdew fuq l-offensiva fl-ewwel minuti tat-tieni taqsima iżda kienu Balzan bl-ewwel azzjoni perikoluża fl-54 minuta bix-xutt ta’ Angel Torres mar għoli.

Balzan fteħu l-iskor mas-siegħa logħob meta minn azzjoni ta’ korner l-ewwel tentattiv kien milqugħ minn Haber, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Momcilo Raso li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hibernians għamlu l-iskor indaqs fil-71 minuta meta kien Owolabi Muritala li b’mod akrobatiku għeleb lil Rudy Brifa.

Il-Pawlisti ma damux igawdu dan il-vantaġġ għax minuta wara Balzan reġgħu marru fil-vantaġġ u skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa permezz Matheus Nogureira li kompla ġewwa l-pass tas-sostitut Alex Satariano.

Fis-87 minuta Hibernians ipprotestaw għal penalty fuq Thaylor Aldama iżda r-referee Fyodor Zammit ħalla l-logħob għaddej, biex l-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tisfira finali u Balzan kisbu tliet punti li jtellawhom fil-ħames post bi 30 punt daqs l-istess Hibernians.

Il-gowl tad-draw skorjat minn Muritala ta’ Hibernians (Ritratt: Josef Fitzpatrick)