Futbol Sport

Punt kull wieħed għal Marsaxlokk u Żebbuġ Rangers

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

MARSAXLOKK………….….1

ŻEBBUĠ RANGERS………1

Marsaxlokk: M.Drobnjak, C.E.Uzeh, A.Attard(T.Vella 64′),K.Keqi, C.Bonannim, P.Xuereb, A.Ferraris, L.Aguirre, R.Scicluna, V.Sanago (F.Moracci 79′),T.A.Fonseca

Żebbuġ: J.Azzopardi, M.Henrique, S.Bugeja, T.Bartolo(S.Miloskovic 78′), W.Rocha, A.Mizzi,  S.Jankovic (J.Macedo 57′),C.Lokoli, E.R.Sanchez, J.Gesualdi, K.Bondin(S.Maldonado 57′)

Imwissija:  W.Rocha 40′, J.Gesualdi, 40′ (Ż)

Tkeċċa: E. Uzeh 94′ (M)

Skorjaw: P.Xuereb 1′ (M), C.Ngoy 47′ (Ż)

Referee: Ismhael Barbara

BOV Plejer tal-logħba: Leandro Aguirre (Marsaxlokk)

F’partita bejn żewġ timijiet fil-parti t’isfel tal-klassifika bejn Marsaxlokk u Żebbuġ il-logħba temmiet fi draw ġust li ħadd ma approfita ruħu minhu.

Marsaxlokk bdew fuq nota tajba hekk kif kellhom bżonn biss minuta sabiex jieħdu l-vantaġġ hekk kif Peter Xuereb xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras tajba minn korner pinġut ta’ Leandro Aguirre.

Wara nofsija logħob l-andament tal-logħba inqeleb favur Żebbuġ Rangers hekk ġew viċin sabiex jiksbu d-draw minn freekick perikoluż li rriżulta f’save tajjeb minn Marko Drobnjak wara li Wilker Rocha Santos ma rnexxielux jikkonkludi minn ftit metri l’ bogħod.

Azzjoni oħra perikoluża għal Żebbuġ fil-35 minuta meta b’xutt angolat ta’ Roberto Sanchez kważi qeleb lil Drobnjak, iżda għal darb’oħra l-goalkeeper ħareġ rebbieħ, u b’hekk Marsaxlokk daħlu għal ħin tal-mistrieħ bil-vantaġġ.

Żebbuġ għamlu l-iskor indaqs wara biss żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima wara li ingħataw penalty minn foul ta Ryan Scicluna li kkometta fuq Stefan Jankovic fil-kaxxa. Charles Ngoy kien inkarigat u sab is-saqaf tax-xibka sabiex jagħti d-draw lil Żebbuġ Rangers.

Fis-66 minuta kien imiss Marsaxlokk sabiex jittantaw xortihom hekk kif Kristian Keqi pprova jikkonkuldi b’daqqa ta’ ras, iżda l-konklużjoni tiegħu tgħaddi fuq il-lasta ta’ Azzopardi.

Fil-ħin miżjud, Marsaxlokk spiċċaw il-partita b’10 plejers hekk kif tkeċċa Uzeh Edafe wara li deher jagħti daqqa irregolari fil-kaxxa.

Iż-żewġ timijiet ma kellhomx azzjonijiet denji fl-aħħar għoxrin minuta logħob u b’hekk il-partita intemmet bl-iskor li ma jikkuntenta l-ħadd ta’ 1-1.