Futbol Sport

Rebħiet għal Lecce u Roma

Wara l-eliminazzjoni diżappuntanti ta’ fost il-ġimgħa mill-Coppa Italia, Roma irritornaw għar-rebħ fis-Serie A, b’rebħa ta’ 2-0 fuq Empoli. Huma fetħu l-iskor fit-tieni minuta meta Paolo Dybala għadda tajjeb lejn Roger Ibanez, b’dan tal-aħħar jixħet fix-xibħa għal 1-0.
Ilbieraħ

Erba’ minuti wara Roma prattikament għalqu l-partita meta Tammy Abraham żmarka lil Dybala li kkonkluda fix- xibka. Roma komplew jikkon- trollaw il-partita biex żammew il-vantaġġ u kisbu t-tliet punti.

F’partita oħta Lecce telgħu fit-tlettax-il post tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom għand Cremonese, b’dawn tal-aħħar jibqgħu fl- aħħar post tal-klassifika. Huma marru fil-vantaġġ fit-58 minuta meta Federico Baschirotta daħħal fl-azzjoni lil Morten Hjumland, li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0

Fid-69 minuta rduppjaw meta b’xutt minn tarf il- kaxxa kien Gabriel Strefezza li assigura mir-rebħa u ta tliet punti importanti lit-tim tiegħu.

Fl-aħħar partita tas-Sibt Sassuolo għelbu lil Atalanta 1-0 b’gowl ta’ Armand Lauriente fil-55 minuta