Sport Sport Ieħor

Darts: Floriana Ajax jiddominaw kontra Sliema Inter Darts

Wara t-telfa tal-ġimgħa l-oħra kontra Fgura Kenky, Floriana Ajax irritornaw għar-rebħ fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lil Sliema Inter Darts bl-iskor konvinċenti ta’ 7-1. 

Fl-iktar konfront interessanti u li rriżulta f’wieħed missielet, Ħamrun Bayern A u Fgura Kenky spiċċaw fi draw ta’ 4-4.

Fgura kienu minn fuq 4-2 iżda l-Ħamruniżi baqgħu konċentrati u rnexxielhom iġibu draw u jieħdu punt mil-logħba.

Tim B ta’ Ħamrun Bayern sofra telfa ta’ 5-3 kontra Top Gun filwaqt li l-Ħamruniżi l-oħrajn Ħamrun Education laħqu l-aspettativi f’rebħa ta’ 6-2 kontra Manchester Conquest Pub.

Fit-tieni diviżjoni, kien hemm il-konfront dirett għar-rebħ tal-kampjonat bejn PO’s Bar u Birżebbuġa Lions li spiċċa bl-iskor ta’ 4-4. B’dan ir-riżultat il-Lions baqgħu jgawdu żewġ punti vantaġġ fuq il-Gudjani.  

Fgura Maypole għelbu lil Cox Bar 6-2 filwaqt li Beland kisbu skor pożittiv ta’ 5-3 kontra Mqabba tal-Ġilju.  

Fit-tielet diviżjoni, Domus Żejtun saħħew it-tieni post tal-klassifika hekk kif għelbu lil Leah’s Bar 5-3 b’Żebbuġ Rangers u Duke’s A jiksbu rebħiet identiċi ta’ 7-1 kontra Duke’s B u Mqabba tal-Ġilju rispettivament.