Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara argument jaħraq fl-Imsida

Bulgaru ta’ 30 sena residenti l-Pietá qed jissielet għal ħajtu wara argument jaħraq biswit ħanut tal-ikel.

L-inċident seħħ il-Ħadd għal ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija hekk kif il-Pulizija ġiet infurmata b’argument biswit ħanut ta’ l-ikel fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, l-Imsida.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li Bulgaru ta’ 30 sena residenti l-Pieta’ sofra xi ġrieħi permezz ta’ arma iebsa waqt argument li kellu ma’ numru ta’ persuni, li wara ħarbu minn fuq il-post.

Immedjatament issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.