Lokali

Il-Ministru ma juri ebda dispjaċir dwar il-każ ta’ Robert Brincau

Il-Ministru Byron Camilleri infexx jattakka lill-Partit Nazzjonalista minflok ma wieġeb id-domandi ta’ Net News meta it-Tnejn wara nofsinhar kien mistoqsi dwar il-każ ta’ Robert Brincau, l-eks direttur tal-ħabs, li Camilleri żammu fil-pożizzjoni tieghu minflok keccih. Dan meta kien ghaddej proceduri fil-Qorti, biex spicca kundannat b’sentenza sospiża talli ġarr arma fuq bajja u hedded persuni oħra.

Waqt li kien qed jipprezenta c-cifri tal-kriminalita….Byron Camilleri għażel li jaħrab id-domandi ta’ dan l-istazzjon meta kien mistoqsi dwar l-eks direttur tal-ħabs li baqa’ jżomm il-pożizzjoni tiegħu .. minkejja li kienu għaddejijn proċeduri fil-Qorti kontrih sa minn Awwissu li għadda.

Brincau instab ħati fil-Qorti u ingħata sentenża ta’ 12-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.

Iżda għal kuntlajru ta’ dak li qal Byron Camilleri, kien l-eks Direttur tal-Ħabs innifsu li rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu wara li nstab ħati … għaliex il-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ jkaxkar saqajh u minn naħa tiegħu, il-Ministru baqa’ qatt ma ssospendih.

F’din l-attivita għall-media, il-Ministru kien qiegħed iwiegeb dwar l-aħħar rapport tal-Pulizija rigward ir-reati f’pajjizna, fejn ikkonferma li l-każijiet li jinvolvu l-kriminalità fil-lokalitajiet żdiedu fil-lokalitjiet tal-Belt, San Ġiljan, il-Furjana, Bormla u ż-Zejtun.

Dan ir-rapport wera kif naqas is-serq fuq medda ta’ għaxar snin … iżda zdiedu l-aggressjonijiet fit-toroq kif ukoll każi serji ta’ frodi.

U filwaqt li ssolvew certu omiċidji .. żdiedu l-każi ta’ vjolenza domestika bid-doppju mill-2012 l’hawn.