Apparat ġdid li juża t-teknologija tal-intelliġenza artifiċjali mistenni jiffaċilità il-ħajja ta’ ġenituri ġodda. Dan hekk kif il-kumpanija ‘Quantum Music’ nediet appart li se jgħin lill-ġenituri jifhmu l-biki tat-trabi.
Dan l-apparat imsejjaħ ‘Q-bear’ huwa attrezzat b’softwear apposta li kapaci janalizza l-biki tat-trabi, u fi ftit sekondi jiddetermina jekk it-tarbija hijiex bil-ġuħ, għajjiena, jekk teħtieġx aktar kumdità jew jekk saħansitra teħtiegx li tinbidillha l-ħarqa.
Dan l-apparat mal-ewwel daqqa t’għajn taħsbu baby-monitor ordinarju li jitwaħħal mas-sodda tat-tarbija.
Iżda l-iżviluppaturi tiegħu iggarantixxew li permezz tal-intelliġenza artifiċjali li huwa attrezat bih, il-Q-bear kapaci jiddetermina għalfejn f’inqas minn 10 sekondi it-tarbija qegħda tibki … b’eżattezza ta’ 95 fil-mija.
Permezz tal-app li titniżżel fuq il-mobile tal-ġenituri huma se jibdew jirċievu notifiki dwar il-ħsejjes tat-tfal tagħhom waqt li jkunu reqdin. Apparti dan, din l-app turi wkoll aġġornamenti dwar il-livell ta’ kumdità tat-tarbija tagħhom u t-temperatura tal-kamra.
L-iżviluppatur tal- Q-Bear saħaq li dan l-appart ġie mniedi wara li sar studju intensiv fuq il-biki ta’ madwar 10,000 tarbija.
Apparti dan, il-kumpanija Quantum Music saħqet li l-eżattezza ta’ dan l-apparat se titjieb biż-żmien iġifieri aktar kemm il-ġenituri jagħmlu użu mill-apparat, ir-rizultat ikun aktar korrett. Dan għaliex wara ftit ġranet, l-apparat jibda jidra l-biki u jkun jista’ jannalizza u jifhem aħjar il-biki tat-tarbija.
//= $special ?>