Tkompli l-pantomima tal-Ministru JoEtienne Abela…hekk kif issa jidher li l-istess Ministru ma jafx eżattament x’hemm miktub fir-regoli tad-dixxiplina tal-Public Service Commission. Dan għaliex ma jafx li s-sospenjoni tal-infermier Rhys Xuereb ġiet fi tmiemha wara li għaddew is-sitt xhur minn meta ġie sospiz minn xogħolu.
It-Tnejn filgħodu, il-Ministru Abela qal li ma kellu ebda idea jekk l-infermier Xuereb reġax daħal għax-xogħol. Dan hekk kif wara 6 xhur sospensjoni b’rabta mal-każ tal-għajbien tal-anzjan Karmenu Fino mir-residenza San Vincenz de Paul, is-sospensjoni ġiet fi tmiemha.
Iżda l-Ministru li suppost huwa responsabbli mis-settur tal-Anzjani, u għalhekk minn din ir-residenza wkoll, ma kienx jaf li s-sospensjoni ta’ dan il-ħaddiem spiċċat.
Skont ir-regoli tad-dixxiplina tal-Public Service Commission, wara li ħaddiem ikun sospiż, meta jgħaddu 6 xhur, awtomatikament tiġi terminata s-sospensjoni tiegħu. Dan minħabba li l-kodiċi tad-dixxiplina jgħid b’mod ċar li wara sospensjonijiet għalxejn… l-impjegat tal-Gvern għandu dritt jerġa’ jidħol lura għax-xogħol.
Bil-Ministru jgħid lill-ġurnalisti biex jagħmlu xgħolhom u jfittxu x’hemm miktub ezatt fil-Public Service Management Code. Liema kodiċi jidher li lanqas il-Minstru stess ma jaf x’fih.
L-MUMN kompliet tgiddeb lill-Ministru tal-Anzjani..għal darba darbtejn.
Kif qal il-President tal-MUMN, mhemm ebda kawża pendenti fuq dan l-infermier u mhemm ebda proċeduri fil-Qorti. Dan hekk kif l-uniku inkjesta li hemm għaddejja bħalissa hija dik li qed issir mill-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella.
B’Paul Pace reġa’ tenna kemm l-inkjesta li saret mill-Maġistrat irtirat Goefry Valencia, li appunta l-Ministru stess, kienet waħda bla bżonn.
Il-Ministru baqa’ jiddefendi l-inkjesta tal-Maġistrat Valencia, u baqa’ jirrepeti l-kelma “indipendenti” għal bosta drabi.
//= $special ?>