Lokali

Oliver Agius huwa l-anzjan li tilef ħajtu f’San Pawl il-Baħar

Oliver Agius huwa l-anzjan li sfortunatament tilef ħajtu fl-inċident tat-traffiku li seħħ ilbierah waranofsinhar f’San Pawl il-Baħar. 

Agius, li kellu 90 sena, kellu ferm għal qalbu l-karozzi. Filfatt, hu kien membru tal-Old Motors Club Malta. Bil-Klabb isellem il-memorja tiegħu filwaqt li għadda l-kondoljanzi lill-familja Agius.

Lura fl-2007 huwa kien intervista mit-Times, fejn fost l-oħrajn f’din l-intervista Oliver Agius kien semma kif kien iwassal lill San Gorg Preca f’wahda mill-karozzi tiegħu.

L-anzjan ta’ 90 sena kien it-tielet vittma tat-toroq Maltin matul din is-sena… fl-ewwel ħames ġimgħat tal-2023.