Atletika Sport

Rekord nazzjonali ġdid fil-200 metru indoor minn Charlotte Wingfield

Fl-Emirates Arena fi Glasgow – Scottish Athletics Indoor Championships fis-semi finali fejn Wingfield temmet fit-tielet post għamlet id-distanza f’ħin rekord ta’ 24.03 sekondi.

Kienet kompetizzjoni pożittiva għal Wingfield li fil-Heat nr,4 temmet fl-ewwel post f’24.28 sekondi biex għaddiet għas-semi finali.

Bit-tielet post miksub għaddiet għal finali fejn temmet fir-raba’ post f’24.57 sekondi wara Sophie Walton (Horwich) li rebħet fi 23.58 sekondi, Hannah Brier (Swansea Harriers) fi 23.67 sekondi u Hannah Longdon (Cardiff AAC) fi 23.87 sekondi. Għal Charlotte Wingfield (Cardiff AAC) ir-record nazzjonali ta’ 24.03 sekondi fil-200 metru indorr inkiseb wara stennija ta’ sitt snin.