Fit-Turkija u s-Sirja, għadha għaddejja t-tfittxija għall-vittmi wara terremot b’saħħtu li kejjel 7.8 fuq l-iskala Richter u li kkaġuna l-mewt ta’ aktar minn 600 persuna.
Net News jista’ jikkonferma li fost il-vittmi m’hemm ebda Maltin.
Timijiet ta’ salvataġġ għadhom fiz-zona qed ifittxu qalb it-tifrik. Jidher li l-agħar zoni milquta mit-theżżiża kienu fuq in-naħa tas-Sirja.
L-epiċentru ta’ dan it-terremot kien qrib il-belt Torka ta’ Gaziantep.
//= $special ?>